Petizzjoni favur it-tnehhija ta' Fairy37 minn OP f'#malta

  • by: Wanga Wanga
  • recipient: Removal of Fairy37 from Op on #malta

L-Ghan ta' din il-petizzjoni huwa li nigbru bizzejjed ismijiet biex nikkonvincu lil Noel, ic-channel manager biex inehhi lil Fairy37 minn Op fuq ic-channel #malta.


Xi snin ilu jien ukoll kont Op f'dan ic-channel, ghalekk mhux talli m'ghandi xejn kontra l-ops anzi jien wiehed milli naqbel li ghandu jkun hemm min izomm certa ordni u dixxiplina. Ghalhekk, xoghol l-op huwa li jara li c-channel ikun post fejn kulhadd jiehu gost bla ma jdejjaq lil hadd u dan jaghmlu billi ma jhallix lil min jidghi, jirrepeti, joffendi users ohra, isaqsi ghas-sex jew hot chats u juza nicks offensivi.


Nahseb hafna jaqblu miegh li Fairy37 qabzet kull limitu fejn jidhlu bans. L-hena taghha tibbannja ghal ragunijiet banali jew ghal l-ebda raguni ta xejn. Fi zmien meta kulhadd jippriedka li m'ghandux ikun hawn diskriminazzjoni specjalment fuq bazi ta' orjentazzjoni sesswali, users li fin-nick taghhom ghandhom il-kelma Bi jew Gay jigu banned qabel biss jifthu halqhom. Nicks bhal Married-m  jew Housewife ukoll jigu banned bla ma jkunu ghadhom qalu kelma. Jien personali kultant ma nkunx niflah ma nitkellimx meta nara tant nies jigu banned ghalxejn, u meta nazzarda nghaddi xi kumment tipo "ma kontx naf li sar dnub li tkun housewife", nispicca banned jien ukoll.


Hija haga cara li l-mara hija frustrata u d-dwejjaq taghha tizvogahom fuq il-users. Jekk bhali taqbel li Fairy37 qabzet kull limitu, jekk joghgbok nizzel ismek f'din il-petizzjoni forsi fl-ahhar inkunu nistghu ingawdu l-hin taghna f'dan ic-channel b'rasna aktar mistrieha, ghalkemm xorta tibqa d-dixxiplina li kien u ghad hemm bzonnha. Grazzi!

Sign Petition
Sign Petition
You have JavaScript disabled. Without it, our site might not function properly.

Privacy Policy

By signing, you accept Care2's Terms of Service.
You can unsub at any time here.

Having problems signing this? Let us know.