Petizzjoni sabiex il-Bord tal-Appell tal-MEPA jirriafferma mingħajr aktar dewmien ir-riabilitazzjon

Aħna qed niffirmaw din il-petizzjoni biex nuru d-diżapprovazzjoni tagħna fit-tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-Bord tal-Appell tal-MEPA sabiex jirrikonferma d-deċiżjoni ta’ infurzar EC/00058/14 wara li l-Kunsill Lokali tal-Imdina kif bi dritt għandu, appella minn din id-deċizjoni fl-24 ta’ Marzu 2014 liema appell iġib in-numru ta’ referenza PAB/000054/14. Aħna b’din il-firma qed insostnu li din is-sitwazzjoni fejn mill-24 ta’ Marzu sal-lum ħadd ma jaf fejn qiegħed mhix aċċettabbli f’pajjiż ċiviliżżat, infatti qed nesiġu :- 1: Li l-Board tal-Appell illum qabel għada għandu jirriafferma id-deċiżjoni oriġinali EC/00058/14. 2: Li l-Bord tal-Appell tal-MEPA bħala parti integrali mill-istrutturi tal-Awtorità għandu jssaħħaħ id-deċiżjoni oriġinali u jistabbilixxi data definittiva sa meta l-Kunsill Lokali tal-Imdina għandu jirrimendja għal dan l-isfreġju li twettaq fi Ġnien Howard. Liema Ġnien huwa kemm storiku kif ukoll skedat. Dan qed nesiġuh fil-perspettiva li dan l-isfreġju ambjentali li jinsab fil-qalba taż-żona turistika ftit metri l-bogħod mid-daħla ewlenija tal-Belt il-Qadima tal-Imdina jiġi riabilitat fl-aqsar żmien possibbli, sabiex l-istess Ġnien jerġa’ jieħu d-dinjità li tixraqlu kif ukoll sabiex ma tkomplix issir ħsara lill-industrija turistika Maltija. Fl-aħħar u mhux l-anqas dan qed nesiġuh sabiex dan l-istess Ġnien jerġa’ jibda jitgawda mingħajr dan l-isfreġju li sar bejn l-aħħar jiem ta’ Frar 2014 u l-ewwel jiem ta’ Marzu tal-istess sena mingħajr il-permessi meħtieġa tal-istess Awtorità.

Signera petitionen
Signera petitionen
Du har JavaScript inaktiverat. Utan den skulle vår webbplats inte fungera korrekt.

sekretesspolicy

genom att skriva under accepterar du användarvillkor för Care2
Du kan hantera dina epostabonnemang när som helst.

Har problem med att skriva under detta? Låt oss veta.